Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

X'inhu r-rwol tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill?

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jassisti lill-istituzzjonijiet li ġejjin:


Il-kompiti tiegħu jinkludu dawn li ġejjin:

  • Jagħti parir u jgħin fil-koordinazzjoni tal-ħidma tal-istituzzjonijiet imsemmijin hawn fuq.
  • Jagħti appoġġ loġistiku u jieħu ħsieb l-organizzazzjoni prattika tal-laqgħat (inklużi s-swali tal-laqgħat, il-produzzjoni u t-traduzzjoni ta' dokumenti).
  • Iħejji l-abbozzi ta' aġendi, rapporti, noti u minuti tal-laqgħat.
  • Għandu l-kustodja tal-arkivji u l-atti tal-Kunsill.
  • Is-Servizz Legali tiegħu jagħti opinjonijiet lill-Kunsill u lill-Kumitati tiegħu u jirrappreżenta lill-Kunsill fil-proċedimenti ġudizzjarji quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

 

Is-Segretarjat Ġenerali huwa mmexxi mis-Segretarju Ġenrali, kariga attwalment f'idejn Uwe Corsepius.

Tabella organizzattiva u direttorji