Lingwi użati fil-Kunsill
Liema lingwi jintużaw fil-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (tal-Unjoni Ewropea)?
L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea attwalment għandhom 23 lingwa uffiċjali: Bulgaru, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Germaniż, Grieg, Ungeriż, Irlandiż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol u Svediż.
- Lingwi użati fil-Kunsill
Iċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt jiktbu lill-Kunsill bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali u li jirċievu tweġiba f'dik il-lingwa.
Barra minn hekk, iċ-ċittadini Spanjoli jistgħu jużaw, fil-komunikazzjonijiet bil-miktub tagħhom mal-Kunsill, lingwi oħrajn minbarra l-Kastiljan (l-Ispanjol), li għandhom statut ta' lingwa uffiċjali fi Spanja.
Matul id-diskussjonijiet tal-Kunsill, ir-rappreżentanti tal-Istati Membri normalment jitkellmu bil-lingwa tagħhom u l-interpreti jiżguraw li jkun hemm komunikazzjoni orali multilingwi mingħajr xkiel.
Id-deliberazzjonijiet tal-Kunsill huma bbażati fuq dokumenti li jintbagħtulu fil-lingwi uffiċjali kollha. Il-verżjonijiet lingwistiċi kollha huma ugwalment awtentiċi.
Fost il-lingwi uffiċjali u ta' ħidma fl-UE, l-Irlandiż huwa każ speċjali. Huwa wieħed mil-lingwi awtentiċi tat-trattati regolatorji iżda attwalment mhux l-atti legali kollha jiġu prodotti bl-Irlandiż.
- Lingwi użati fil-Kunsill Ewropew
Fil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew issir interpretazzjoni minn u fil-lingwi uffiċjali kollha. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jiġu ppubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha.