Karta tad-Drittijiet Fundamentali
X'inhi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali?
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tgħaqqad f'test uniku u sempliċi, id-drittijiet soċjali, ekonomiċi, politiċi u ċivili rikonoxxuti mill-Unjoni Ewropea.
Qabel il-Karta, dawn id-drittijiet kienu diġà mħarsa, prinċipalment permezz tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Ħafna minnhom ġejjin mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif interpretata mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-għan tal-Karta huwa li dawn id-drittijiet isiru aktar espliċiti u aktar viżibbli.
Wieħed jista' jirreferi għall-Karta meta jikkontesta deċiżjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (u korpi, uffiċċji u aġenziji) jew deċiżjoni tal-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-UE. Il-Karta ma tistax tiġi invokata f'materji internazzjonali tal-Istati Membri li m'għandhom ebda rabta mal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE.
Il-Karta saret legalment vinkolanti meta t-Trattat ta' Lisbona daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, minħabba li t-Trattat jikkonferixxi fuq il-Karta l-istess valur legali bħat-trattati (l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (pdf)).
Jekk jogħġbok żur is-siti li ġejjin biex issir taf aktar dwar il-Karta: