Aċċess għal dokumenti tal-Kunsill

Nista' naċċessa d-dokumenti tal-Kunsill?

  • Id-dokumenti disponibbli għall-pubbliku jistgħu jitniżżlu direttament mir-Reġistru Pubbliku tad-dokumenti tal-Kunsill.

  • Jekk il-kontenut tad-dokument li qed tfittex mhuwiex disponibbli fir-Reġistru u tixtieq titlob aċċess għalih, klikkja fuq "Ippreżenta talba għal dokumenti tal-Kunsill" fil-home page tar-Reġistru Pubbliku. It-talbiet jiġu trattati skont il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.


Jekk jogħġbok innota li kwalunkwe dokument jew referenza għal dokument li jinsabu fir-reġistru mhumiex legalment vinkolanti. Jorbtu legalment biss l-atti legali ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.