Aħna nużaw il-cookies biex niżguraw li nagħtuk l-aħjar esperjenza ta' browsing fis-sit elettroniku tagħna. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies u kif tista' tbiddel il-konfigurazzjoni tiegħek.

X'inhi l-presidenza tal-Kunsill tal-UE?

Presidenza b'rotazzjoni

Kull sitt xhur il-presidenza tal-Kunsill timxi b'rotazzjoni fost l-Istati Membri. Matul dan il-perijodu ta' sitt xhur, il-presidenza tippresjedi laqgħat f'kull livell tal-Kunsill, b'mod li tgħin tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-UE fil-Kunsill.

Il-presidenza attwali

Il-Presidenza Taljana tal-Kunsill tal-UE (en)
1 ta' Lulju - 31 ta' Diċembru 2014

Presidenzi futuri

Latvja: Jannar-Ġunju 2015
Lussemburgu: Lulju-Diċembru 2015
Pajjiżi l-Baxxi: Jannar-Ġunju 2016
Slovakkja: Lulju-Diċembru 2016
Malta: Jannar-Ġunju 2017
Renju Unit: Lulju-Diċembru 2017
Estonja: Jannar-Ġunju 2018
Bulgarija: Lulju-Diċembru 2018
Awstrija: Jannar-Ġunju 2019
Rumanija: Lulju-Diċembru 2019
Finlandja: Jannar - Ġunju 2020

L-Istati Membri li jkollhom il-presidenza jaħdmu flimkien mill-qrib fi gruppi ta' tlieta, imsejħin 'triji'. Din is-sistema ġiet introdotta mit-Trattat ta' Lisbona fl-2009. It-triju jistabbilixxi għanijiet fit-tul u jħejji aġenda komuni li tiddetermina t-temi u l-kwistjonijiet prinċipali li ser jiġu indirizzati mill-Kunsill fuq perijodu ta' 18-il xahar. Abbażi ta' dan il-programm, kull wieħed mit-3 pajjiżi jħejji l-programm ta' sitt xhur tiegħu stess aktar fid-dettall.

It-triju attwali hu magħmul mill-presidenza Taljana, Latvjana u dik Lussemburgiża.

 

Il-kompiti tal-presidenza

Il-presidenza hija responsabbli għat-tmexxija 'l quddiem tal-ħidma tal-Kunsill dwar il-leġislazzjoni tal-UE, waqt li tiżgura l-kontinwità tal-aġenda tal-UE, proċessi leġislattivi ordnati u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Sabiex tagħmel dan, il-presidenza għandha taġixxi bħala intermedjarju onest u newtrali.

Il-presidenza għandha żewġ kompiti ewlenin:

1. L-ippjanar u l-presidenza ta' laqgħat fil-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu

Il-presidenza tippresjedi l-laqgħat tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill (għajr il-Kunsill Affarijiet Barranin) u l-korpi preparatorji tal-Kunsill, li jinkludu kumitati permanenti bħall-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper), u gruppi ta' ħidma u kumitati li jittrattaw suġġetti speċifiċi ferm.

Il-presidenza tiżgura li d-diskussjonijiet jimxu kif suppost u li r-regoli ta' proċedura tal-Kunsill u l-metodi ta' ħidma tiegħu jiġu applikati korrettament.

Hija torganizza wkoll diversi laqgħat formali u informali fi Brussell u fil-pajjiż tal-presidenza b’rotazzjoni.

2. Ir-rappreżentazzjoni tal-Kunsill fir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE

Il-presidenza tirrappreżenta lill-Kunsill fir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE, b'mod partikolari mal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew. Hija għandha r-rwol li tipprova tilħaq qbil dwar fajls leġislattivi permezz ta' trilogi, laqgħat ta' negozjar informali u laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni.

Il-Presidenza taħdem b'koordinazzjoni mill-qrib ma':

Hija tappoġġa l-ħidma tagħhom u xi drabi tista' tintalab twettaq ċerti kompiti għar-Rappreżentant Għoli, pereżempju billi tirrappreżenta lill-Kunsill Affarijiet Barranin quddiem il-Parlament Ewropew jew billi tippresjedi l-Kunsill Affarijiet Barranin meta dan jiddiskuti kwistjonijiet ta' politika kummerċjali komuni.. 

 

Għina nitjiebu

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva    LE


X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?