Kif tfittex fir-reġistru
1. Kif tispeċifika l-kriterji - Prinċipji ġenerali
Tista' jew iddaħħal il-kriterji tat-tiftix tiegħek f'kaxxa waħda jew aktar jew tħalli l-kaxxi kollha vojta.
Fl-aħħar każ, ma tiġi applikata l-ebda restrizzjoni, ħlief dawk definiti mill-għażliet tat-tiftix fuq il-paġna tat-tiftix Sempliċi u l-paġna tat-tiftix Avvanzat.
Bejn il-kriterji tat-tiftix tiegħek fil-kaxxi differenti jiddaħħal dejjem l-operatur loġiku AND.
Eżempju: meta tispeċifika 10/1/99 bħala d-data tad-dokument u AGRI bħala s-suġġett ittella' d-dokumenti kollha bid-data tal-10 ta' Jannar 1999 u li jkollhom AGRI (=Agrikoltura) bħala suġġett.
L-ittri kbar jew żgħar u l-aċċent ma jaffettwawx it-tiftix. Dan ifisser li jekk tfittex il-kelma Franċiża eleve jew ELEVE issib id-dokumenti kollha li jkollhom il-kliem Elève, élevé, élève, eċċ.
Maġenb kull kaxxa tat-tiftix hemm buttuna għall-għajnuna li tiftaħ segment b'testi spjegattivi qosra.
2. Forom tat-tiftix (tiftix sempliċi, tiftix avvanzat)
Kaxxi fejn jiddaħħal test (Numru tad-Dokument, Titlu, Test u Suġġett)
■ Format
Tista’ ddaħħal it-termini li qed tfittex fil-kaxxi. Jekk ma tispeċifika l-ebda operatur fil-kaxxa, b'default jintuża l-operatur loġiku AND (U).
Eżempji:
(L-eżempji kollha li ġejjin jitilqu mill-konsiderazzjoni li l-utent speċifika l-kriterji selettivi tiegħu fil-kaxxa tat-titlu.)
- "Kunsill" ittella' d-dokumenti kollha li t-titli tagħhom fihom il-kelma "Kunsill".
- "Kunsill Ewropew" ittella' d-dokumenti kollha li t-titli tagħhom fihom il-kelma "Ewropew" U l-kelma "Kunsill". Mhuwiex neċessarju li dawn iż-żewġ kelmiet ikunu ħdejn xulxin.
Operaturi
Jistgħu jintużaw l-operaturi li ġejjin:
■ Operaturi Boolean
& U loġiku
| JEW loġiku
^ U MHUX loġiku
Eżempji:
- Ewropew & Kunsill ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kelma "Ewropew" U l-kelma "Kunsill". Mhuwiex neċessarju li dawn iż-żewġ kelmiet ikunu ħdejn xulxin.
- Ewropew | Kunsill ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kelma "Ewropew" JEW il-kelma "Kunsill" jew iż-żewġ kelmiet.
- Ewropew ^ Kunsill ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kelma "Ewropew" iżda MHUX il-kelma "Kunsill".
■ Operaturi ta’ prossimità
" " Tiftixa (Preċiża) ta’ frażi
{ } Prossimità li tirrispetta l-ordni li fiha jkunu t-termini tat-tiftix
[ ] Prossimità fi kwalunkwe ordni
#n Jispeċifika d-distanza ta’ prossimità f’karattri
Eżempji:
- "Kunsill Ewropew" ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kelma "Ewropew" U l-kelma "Kunsill" ħdejn xulxin.
- {Kunsill Ewropew} ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kelma "Ewropew" U l-kelma "Kunsill" f’dik l-ordni u separati b’mhux aktar minn (default ta’) 50 karattru.
- [Kunsill Ewropew] ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kelma "Ewropew" U l-kelma "Kunsill" fi kwalunkwe ordni u separati b’mhux aktar minn (default ta’) 50 karattru.
- #10{European Council} ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kelma "Ewropew" U l-kelma "Kunsill" f’dik l-ordni u separati b’mhux aktar minn 10 karattri.
■ Operatur ta’ piż
@n Piż attribwit għal kull terminu
Eżempji:
- @1 birra @10 inbid Jattribwixxi piż ta’ 1 lit-terminu "birra" u piż ta’ 10 lit-terminu "inbid". Meta tagħżel "Ordni skont ir-Rilevanza" fl-għażliet, l-ordni tar-riżultati tkun skont ir-rilevanza tad-dokument. Il-kalkolu tar-rilevanza jsir kif ġej: in-numru tad-drabi li jidher it-terminu "birra" fit-titlu tad-dokument multiplikat b’1 magħdud man-numru ta' drabi li jidher it-terminu "inbid" multiplikat b’10, jiġifieri kull fejn jidhru dawn it-termini, it-terminu "inbid" jitqies għaxar darbiet aktar importanti mit-terminu "birra".
■ Operaturi straordinarji (Wild Cards)
? karattru wieħed
* żero, karattru wieħed jew aktar.
Eżempji:
- Minn* ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kliem: "Minn", "Minnu", "Minnhom", eċċ.
- Skon? ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kliem: "Skont" jew "Skond".
- *joni ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kliem: "azzjoni", "mozzjoni", eċċ.
- *eli?at* ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kliem: ‘Delikat’, ‘Delikatament’, eċċ.
■ Kombinazzjoni ta’ operaturi
L-operaturi jistgħu jiġu kkombinati permezz ta’ parentesi.
Eżempji:
- ( (inbid|birra) & whisk*) ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kelma "inbid" JEW il-kelma "birra" U l-kelma "whiskey", "whisky", "whiskeys", eċċ.
- ( *nbid | (birra & whiskey)) ittella' d-dokumenti kollha li fit-titli tagħhom hemm il-kelma "inbid" (per eżempju) JEW hemm il-kliem "birra" U l-kelma "whiskey".
Fajl Interistituzzjonali
Il-Kummissjoni talloka numru ta' kodiċi interistituzzjonali għal kull waħda mill-proposti leġislattivi Komunitarji tagħha. Il-kodiċi huwa kompost minn tliet elementi: sena/numru ta' serje u abbrevjazzjoni (fil-parentesi) li tindika l-proċedura leġislattiva applikabbli (pereżempju COD: kodeċiżjoni (2010/0303 (COD)); CNS: proċedura ta' konsultazzjoni (2010/0387 (CNS)).
L-użu tan-numru tal-kodiċi interistituzzjonali jiffaċilita l-kumpilazzjoni ta' dossiers sħaħ dwar il-progress ta' kull proċedura, sa mill-bidu tagħha sakemm tiġi adottata mill-Kunsill jew mill-Parlament u l-Kunsill b'mod konġunt, skont x'ikun il-każ. B'hekk l-użu tan-numru tal-fajl interistituzzjonali bħala kriterju tat-tiftix jista' jiffaċilita t-tiftix ta' dokumenti maħruġa fil-qafas tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill li jikkonċernaw il-fajls tal-abbozzi leġislattivi.
Suġġetti
Int tista' ddaħħal suġġett wieħed jew diversi suġġetti direttament jew tikkonsulta l-lista li fiha s-suġġetti kollha disponibbli billi tikklikkja fuq il-buttuna maġenb il-kaxxa tas-Suġġett (intitolata "Lista"). Jekk jogħġbok innota li jista' jkun li ma jkunux jeżistu dokumenti għal kull suġġett partikolari.
Kaxxi li juru d-data (Data tad-Dokument u Data tal-Laqgħa)
Għażel id-data bl-użu tal-kalendarju. Tista' tagħżel id-data preċiża jew tikklikkja fuq "+" biex tagħżel firxa ta' dati. Tista' wkoll tagħżel operatur (ara "Operaturi") biex jillimita aktar l-għażla tiegħek tad-data.
■ Operaturi
Hemm disponibbli l-operaturi li ġejjin:
<xejn> tieħu b'default "Ugwali għal"
= Ugwali għal
<> Mhux ugwali għal
> Mid-data speċifikata ‘l quddiem
>= Fid-data speċifikata jew mid-data speċifikata ‘l quddiem
< Qabel id-data speċifikata
<= Fid-data speċifikata jew qabel id-data speċifikata
: Bejn żewġ dati
Eżempji:
- 01/07/1999 itella' d-dokumenti kollha bid-data l-1 ta’ Lulju 1999
- =05/07/1999 itella' d-dokumenti kollha bid-data 5 ta’ Lulju 1999
- <> 07/02/1999 itella' d-dokumenti kollha b’data differenti mis-7 ta' Frar 1999
- >03/06/1999 itella' d-dokumenti kollha li huma aktar riċenti mit-3 ta' Ġunju 1999
- >=20/05/2000 itella' d-dokumenti kollha li huma aktar riċenti mid-19 ta' Mejju 2000
- <03/08/2000 itella' d-dokumenti kollha ta’ qabel it-3 ta' Awwissu 2000
- <=05/03/2000 itella' d-dokumenti kollha tal-5 ta’ Marzu 2000 jew b’data preċedenti
- 01/10/1999:30/11/1999 itella' d-dokumenti kollha b’data bejn l-1 ta’ Ottubru 1999 u t-30 ta’ Novembru 1999.
Lingwa tad-Dokument
B'default, il-lingwa li trid tasal għaliha hija l-istess lingwa tal-interfaċċja tiegħek. Tista' tagħżel ukoll li tfittex dokumenti maħruġa f'lingwa uffiċjali oħra li mhumiex il-lingwa tal-interfaċċja tiegħek. Madankollu, jekk jogħġbok żomm f'moħħok li d-dokumenti mniżżla fuq il-paġna tar-riżultati huma biss dawk li jeżistu bil-lingwa tat-tiftixa tiegħek. Tiftixa bil-lingwi kollha xi drabi tista' tagħti aktar riżultati."
L-għażla "multilingwistika" tirreferi għal dokumenti li ġew abbozzati f'żewġ jew diversi lingwi uffiċjali tal-UE.
3. Paġna tar-Riżultati
Il-paġna tar-riżultati għandha 3 kolonni: Informazzjoni dwar id-Dokument, Titlu u Kontenut.
■ Fil-kolonna "Informazzjoni dwar id-Dokument", meta tikklikkja fuq in-numru tad-dokument issottolinjat tinfetaħ il-paġna tar-referenza tad-dokument fejn tista' ssib informazzjoni dwar dak id dokument partikolari.
In-numru ta' dokument speċifiku jista' jkun segwit minn suffiss wieħed jew aktar li jidentifikaw il-verżjonijiet differenti ta' dan id-dokument. Jintużaw is suffissi li ġejjin:
|
Suffiss
|
Tifsira
|
|
ADD
|
Addendum
|
|
COR
|
Corrigendum
|
|
REV
|
Reviżjoni
|
|
EXT
|
Estratt
|
|
AMD
|
Emenda
|
Wara kull suffiss ikun hemm numru sekwenzjali. Jista' jkun hemm aktar minn suffiss wieħed li jindikaw il-verżjonijiet differenti ta' dokument partikolari.
Eżempji: REV 1 (l-ewwel reviżjoni), REV 2 COR 1 (l-ewwel corrigendum tat-tieni reviżjoni), COR 1 REV 2 (it-tieni reviżjoni tal-ewwel corrigendum). Jekk jeżistu verżjonijiet differenti ta' dokument partikolari, tara ikona bi "+" taħt in-numru tad-dokument.
Meta tikklikkja fuq din l-ikona tinfetaħ paġna ġdida li telenka l-verżjonijiet kollha attwali tad-dokument f'ordni kronoloġika skont id-data tad dokument.
■ Fil-kolonna "Kontenut", hemm ikona li turi kif id-dokument inħareġ għall-pubbliku u f'liema format.
L-ikoni possibbli huma sitta:
|
Ikona
|
Tifsira
|
|

|
Il-kontenut tad-dokument inħareġ għall-pubbliku u hu disponibbli huwa f'format HTML |
|

|
Il-kontenut tad-dokument inħareġ għall-pubbliku u hu disponibbli huwa f'format PDF |
|

|
Il-kontenut tad-dokument inħareġ għall-pubbliku iżda mhux disponibbli ma jinstabx fir-Reġistru. Jekk jogħġbok ikkuntatja lis-servizz tal-Kunsill Informazzjoni għall-Pubbliku biex tingħata kopja. |
|

|
Il-kontenut ta' dan id-dokument mhux aċċessibbli. Madankollu, tista' ssir talba għal aċċess lis-servizz ta' Aċċess għad-Dokumenti lis-servizz Aċċess għad-Dokumenti billi tuża l-formola elettronika. |
|

|
Parti biss mill-kontenut tad-dokument inħarġet għall-pubbliku. Biex tingħata kopja, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Servizz ta' Aċċess għad-Dokumenti lis-Servizz Aċċess għad-Dokumenti billi tuża l-formola elettronika. |
|

|
Parti biss mill-kontenut tad-dokument inħarġet għall-pubbliku u tinsab disponibbli hija f'format PDF. |