Minuti tal-Kunsill li jikkonċernaw
l-adozzjoni ta’ atti legali
(addenda ma’ l-abbozzi tal-minuti tal-Kunsill)

Minuti tal-Kunsill in ġenerali

2012

2012

2011

 2011

2010

 2010

2009

 2009

2008

 2008

2007

 2007

2008

 2008

2007

 2007

2006

 2006

2005

 2005

2004

2004

2003

2003

2002

2002

2001

2001

2000

2000

1999

1999

 


PREŻENTAZZJONI

Skond l-Artikolu 207 (3) tat-TKE, meta l-Kunsill qed jaġixxi fil-kapaċita leġislattiva tiegħu, ir-riżultati u t-tifsiriet ta' voti huma magħmula pubbliċi. Huma ppubblikati bħala addenda għall-abbozz tal-minuti tal-Kunsill.

Il-minuti ta' laqgħa tal-Kunsill stess jqassru d-deċiżjonijiet meħuda u xi drabi l-kontenut tad-diskussjonijiet li jsiru matul dik il-laqgħa tal-Kunsill. Jistgħu jiġu magħmula pubbliċi fuq talba.

Il-minuti ġeneralment fihom tliet punti dwar kull suġġett fuq l-aġenda ta' laqgħa tal-Kunsill:

- indikazzjoni tad-dokumenti sottomessi lill-Kunsill;

- deċiżjonijiet meħuda jew konklużjonijiet milħuqa mill-Kunsill;

- dikjarazzjonijiet magħmula mill-Kunsill u dawk li d-dħul tagħhom ġie mitlub minn membru tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni.

Informazzjoni addizzjonali dwar laqgħat tal-Kunsill tista' tinsab fl-istqarrijiet għall-istampa maħruġa mis-Segretarjat Ġenerali wara kull laqgħa tal-Kunsill.

Kull xahar taqsira ta' l-atti tal-Kunsill tista' tiġi kkonsultata wkoll. Telenka atti leġislattivi u non- leġislattivi tal-Kunsill, inklużi r-riżultati tal-voti, tifsiriet tal-votazzjoni u dikjarazzjonijiet għall-minuti meta l-Kunsill jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta' leġislatur.

Informazzjoni dwar it-trasparenza leġislattiva tal-Kunsill jistgħu jiġi miksuba permezz ta' e-mail fl-indirizz li ġej: "public.records@consilium.europa.eu".