Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP): Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali jħares 'il quddiem
© Fotolia
24/07/2012
Fil-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (GAC) tal-24 ta' Lulju 2012, il-QFP reġa' kien minn tal-ewwel fuq l-aġenda. Il-Ministri ġew ippreżentati bi proposta aġġornata tal-Kummissjoni, u l-Presidenza Ċiprijotta infurmat lill-Ministri dwar l-iskema ta' ħidma fit-tieni nofs tal-2012. Il-Presidenza tat ukoll rapport dwar il-laqgħat bilaterali mal-Istati Membri matul l-aħħar ftit ġimgħat.
"Inħossu li issa 'nafu aktar' dwar x'inhuma t-tħassib u l-prijoritajiet tal-Istati Membri, u dan ser jigħna nsibu mod 'il quddiem għal kunsens fin-negozjati ," qal il-Viċi Ministru Ċiprijott A. Mavroyiannis, li ppreseda l-laqgħa.
Il-proposta emendata tal-Kummissjoni tieħu kont tal-adeżjoni tal-Kroazja, li ser x'aktarx isseħħ f'nofs l-2013, kif ukoll tad-data ekonomika l-aktar reċenti li tolqot l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri taħt il-fondi strutturali.
Il-QFP ser ikun fuq l-aġenda f'kull laqgħa tal-GAC taħt il-Presidenza Ċiprijotta, u l-ħidma li diġà ser tibda x-xahar id-dieħel. Il-qafas ta' baġit għal perijodu fit-tul tal-UE ser ikun l-unika kwistjoni li ser tiġi diskussa fl-laqgħa informali tal-Ministri għall-Affarijiet Ewropej skedata għat-30 ta' Awwissu. Dan ser jiġi diskuss fil-laqgħat tal-GAC fl-24 ta' Settembru u fis-16 ta' Ottubru, qabel il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Ottubru.
L-objettiv huwa li jintlaħaq qbil qabel tmiem is-sena.
Aktar informazzjoni:
Paġna tal-Presidenza dwar il-laqgħat bilaterali
Paġna tal-Presidenza: Pjan ta' ħidma tal-MFF
Stqarrija għall-istampa
Dibattitu tal-Kunsill (video b'diversi lingwi)
Konferenza stampa (video)
Paġni ta' negozjati tal-MFF: rapport speċjali
Preżentazzjoni mill-Kummisssjoni tal-proposta emendata tagħha