Ara l-kontenut
Abbonament bl-email

L-informazzjoni fuq dan is-sit elettroniku hija soġġetta għal regoli ta' protezzjoni tad-data personali, għad-drittijiet tal-awtur u għal dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mill-Kunsill.

Il-konsultazzjoni jew l-użu ta' dan is-sit jinvolvi l-aċċettazzjoni sħiħa tal-kondizzjonijiet ġenerali stabbiliti hawn taħt.

Protezzjoni ta' data personali

Il-Kunsill huwa impenjat li jirrispetta l-privatezza. Il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-Kunsill hija bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 li jiddetermina l-prinċipji u l-obbligi li l-Istituzzjonijiet Ewropej għandhom jirrispettaw meta jipproċessaw data personali u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 644/2004 tat-13 ta' Settembru 2004 li tistabbilixxi aktar regoli ta' implimentazzjoni dwar il-protezzjoni ta' data fir-rigward tal-Kunsill.

'Data personali' tfisser kull informazzjoni marbuta ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Persuna identifikabbli hija persuna li tista' tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b'mod partikolari b'referenza għal numru ta' identifikazzjoni jew għal fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità tiegħu jew tagħha.

Fil-prinċipju, l-aċċess għall-informazzjoni disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill jew permezz tiegħu ma jitlob lill-utent jipprovdi ebda data personali. Madankollu, sabiex tuża ċerti servizzi online, pereżempju biex titlob li żżur il-Kunsill, jew biex tibgħat mistoqsija lis-Servizz ta' Informazzjoni għall-Pubbliku, tista' tiġi mitlub tagħti informazzjoni dwarek, bħal dettalji ta' kuntatt (l-isem u l-kunjom, il-professjoni, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru tat-telefon jew in-nazzjonalità) meta timla' formola. Il-Kunsill jiġbor din l-informazzjoni personali biss sal-punt meħtieġ biex jissodisfa l-fini preċiża speċifikata għal kull servizz online.

Għal kull servizz speċifiku online, id-dettalji tal-kontrollur tad-data (il-persuna responsabbli għall-ipproċessar tad-data miġbura dwarek) jidhru fuq dikjarazzjoni ta' privatezza ppubblikata minn kull servizz bħal dan u/jew fuq reġistru pubbliku tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data miżmum mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Istituzzjoni.

Fit-taqsima PRADO tas-sit tal-internet jidhru biss eżemplari ta' dokumenti (jew partijiet minnhom) li jkunu ġew ipprovduti uffiċjalment mill-pajjiż parteċipanti (sid id-dokument) għall-pubblikazzjoni fuq l-Internet. Ma jsir l-ebda użu ta' data personali awtentika jekk mhux meħtieġ. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-privatezza u ta' data personali, meta jintużaw dokumenti awtentiċi (u mhux eżemplari), jiġi żgurat kemm jista' jkun possibbli li ma jkun jista' jinqara l-ebda dettall li jagħmel possibbli l-identifikazzjoni ta' persuna sakemm il-punti ta' data individwali ma jkunux is-suġġett tal-kontribut.

Sabiex tħaddem id-drittijiet tiegħek jew tikseb kull tagħrif ieħor, tista' tapplika direttament mal-kontrollur tad-data responsabbli. Tista' tikkonsulta wkoll l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill, sabiex tikseb opinjoni dwar l-operazzjonijiet ta' pproċessar li jikkonċernawk jew li wettaqt inti. Jekk temmen li nkisru d-drittijiet tiegħek b'riżultat tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek, tista' tressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-awtorità superviżorja indipendenti.

Xi drabi s-sit elettroniku jipprovdi links għal siti oħrajn tal-internet. Billi l-Kunsill Ewropew m'għandu l-ebda kontroll fuq siti bħal dawn, nissuġġerixxu li teżamina l-politika tagħhom ta’ privatezza.

Cookies

Dan is-sit elettroniku juża Google Analytics, servizz analitiku fuq l-internet ipprovdut minn Google, Inc. biex jgħin fl-analiżi tal-użu ta' dan is-sit elettroniku, u Sit Improve sabiex jiġu identifikati u kkoreġġuti żbalji ta’ aċċessibbiltà. Għal aktar informazzjoni ara l-paġna tagħna rigward il-politika dwar il-cookies.

Dikjarazzjoni ta' Ċaħda ta' Responsabbiltà Legali

Il-Kunsill iżomm dan is-sit elettroniku biex itejjeb l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u l-politiki tal-Kunsill inġenerali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Madankollu, il-Kunsill ma jassumi l-ebda responsabbiltà jew obbligu fir-rigward tal-materjal f'dan is-sit. Dan il-materjal:

  • huwa informazzjoni ta' natura ġenerali biss li mhix intiża biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' xi individwu jew entità partikolari
  • mhux neċessarjament komprensiv, komplut, eżatt jew aġġornat
  • xi drabi huwa assoċjat ma' siti esterni li s-servizzi tal-Kunsill ma għandhom l-ebda kontroll fuqhom u li l-Kunsill ma jerfa' l-ebda responsabbiltà għalihom
  • mhux parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat kif xieraq).

Jekk jogħġbok kun af li mhux garantit li dokument disponibbli online jirriproduċi eżatt test li jkun ġie adottat uffiċjalment. Il-leġislazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkun ġiet ippubblikata fl-edizzjonijiet elettroniċi tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea biss hija meqjusa awtentika.

Huwa l-għan tagħna li nnaqqsu t-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madankollu, xi data jew informazzjoni fis-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f'fajls jew formats li ma jkunux mingħajr żbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jiġix interrott jew affettwat b'xi mod ieħor minn problemi bħal dawn. Jekk tinġibed l-attenzjoni tagħna għal xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, il-Kunsill ma jerfa' l-ebda responsabbiltà għal dannu dirett jew indirett li jista' tirriżulta mill-użu ta' dan is-sit.

Din id-dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà mhijiex intenzjonata sabiex tillimita r-responsabbiltà tal-Kunsill b'kontravenzjoni ta' kwalunkwe rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali jew Ewropea applikabbli, lanqas sabiex teskludi l-obbligu tiegħu fir-rigward ta' kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu esklużi skont l-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).