Ara l-kontenut
Abbonament bl-email

Il-Kunsill hu assistit mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea (Coreper) u aktar minn 150 grupp ta' ħidma u kumitat speċjalizzati, magħrufa bħala l-'korpi preparatorji tal-Kunsill'.

Il-korpi preparatorji jistgħu jinqasmu f'żewġ kategoriji prinċipali:

  1. Kumitati mwaqqfa mit-trattati, minn deċiżjonijiet intergovernattivi jew minn att tal-Kunsill - huma ġeneralment permanenti u spiss ikollhom president maħtur jew elett
  2. Kumitati u gruppi ta' ħidma mwaqqfa mill-Coreper - dawn jittrattaw suġġetti speċifiċi ħafna u huma preseduti mid-delegat tal-pajjiż li jkollu l-presidenza b'rotazzjoni ta' 6 xhur tal-Kunsill.

Barra minn hekk, jistgħu jinħolqu kumitati ad hoc għal għan speċifiku li ma jibqgħux jeżistu meta l-kompitu tagħhom ikun twettaq.