Ara l-kontenut
Abbonament bl-email

Laqgħat tal-ġimgħa

10-13/12/2017
Kunsill Affarijiet Barranin

Il-Kunsill ser isir fil-marġini tal-11-il konferenza ministerjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Buenos Aires, l-Arġentina.

11-12/12/2017
Kunsill Agrikoltura u Sajd

Il-Kunsill huwa mistenni jaqbel dwar l-opportunitajiet tas-sajd fl-Atlantiku u fil-Baħar tat-Tramuntana għall-2018 u jiddiskuti l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Il-Ġejjieni tal-Ikel u l-Biedja"

11/12/2017
Kunsill Affarijiet Barranin

Il-Kunsill ser jiddiskuti s-sitwazzjoni fl-Iraq u fil-Lvant Nofsani, f'kooperazzjoni mal-G5 Sahel, u l-istrateġiji kummerċjali u tal-iżvilupp. Il-Kunsill mistenni jadotta d-deċiżjoni li tistabbilixxi PESCO.

12/12/2017
Kunsill Affarijiet Ġenerali

Il-Kunsill ser ikompli t-tħejjijiet għall-Kunsill Ewropew ta' Diċembru u huwa mistenni li japprova d-dikjarazzjoni konġunta tat-tliet istituzzjonijiet dwar il-prijoritajiet leġislattivi tal-UE sa tmiem din il-leġislatura. Il-Kummissjoni ser tippreżenta l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tagħha għall-2018.

12/12/2017
Kunsill Affarijiet Ġenerali (Art. 50)

Il-ministri tal-UE27 ser ikollhom dibattitu dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati tal-Brexit qabel il-Kunsill Ewropew (Artikolu 50).

14-15/12/2017
Kunsill Ewropew

Il-mexxejja tal-UE ser jeżaminaw għadd ta' kwistjonijiet fost l-aktar urġenti, inkluż id-difiża, il-migrazzjoni, l-affarijiet barranin, kwistjonijiet soċjali, l-edukazzjoni u l-kultura.

15/12/2017
Summit tal-Euro

Is-Summit tal-Euro ser jiddiskuti l-unjoni ekonomika u monetarja (UEM) u l-unjoni bankarja.

15/12/2017
Kunsill Ewropew (Art.50)

Il-Kunsill Ewropew (Artikolu 50), f'format ta' UE 27, ser jeżamina l-aħħar żviluppi fin-negozjati dwar il-Brexit.

Il-kontenut jidher bil-lingwa oriġinali jekk it-traduzzjoni ma tkunx disponibbli