Ara l-kontenut
Abbonament bl-email
  • 07/12/2017
  • 14:20
  • Stqarrija għall-istampa
  • 755/17
  • Affarijiet Barranin u relazzjonijiet internazzjonali

Fit-13 ta' Novembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074[1].

Id-Deċiżjoni tipprevedi miżuri mmirati fil-forma ta’ projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ armi u ta’ ċerti prodotti u tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tistabbilixxi wkoll qafas legali għal miżuri mmirati kontra persuni jew entitajiet li huma involuti u responsabbli f'ċerti attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt, jew fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Pajjiżi Kandidati l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja*, il-Montenegro* u l-Albanija*, il-pajjiż tal-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u l-kandidat potenzjali l-Bożnija-Ħerzegovina, il-pajjiż tal-EFTA n-Norveġja, membru taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll ir-Repubblika tal-Moldova u l-Georgia, jallinjaw ruħhom ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

Dawn ser jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-Unjoni Ewropea tieħu nota ta' dan l-impenn u tilqgħu.

[1] Ippubblikata fl-14.11.2017 f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Nru L 295, p. 60.
* L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u l-Albanija għadhom jagħmlu parti mill-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.