Dan tiegħek ukoll! Ejja u rċievi l-Premju Nobel għall-Paċi 2012
Għeżież żgħażagħ Ewropej
Grazzi lil kulħadd! Kontu kważi 5 400 parteċipant fil-kompetizzjoni "Paċi, Ewropa, Futur"! Tassew kburin bikom!
Kienet verament ta' sfida għall-ġurija li tagħżel ir-rebbieħa li sejrin Oslo biex jirċievu l-Premju Nobel bħala parti mid-delegazzjoni uffiċjali tal-UE. Kollha kemm intom kien jistħoqqilkom terbħu: it-tpinġijiet u t-testi qosra tagħkom kienu tassew sbieħ u kellhom tifsira. U dan ifisser li intom, il-futur tal-Ewropa, kontu tassew ispirati tgħidulna x'jiġifieri l-paċi fl-Ewropa.
- Kompetizzjoni tal-UE "Paċi, Ewropa, Futur": biex iż-żgħażagħ Ewropej jattendu ċ-Ċerimonja uffiċjali tal-Premju Nobel għall-Paċi
(stqarrija għall-istampa)
Il-ġurija ppreseduta mill-awtur famuż tal-ktieb tal-komiks Jean Van Hamme għażlet tlieta mir-rebbieħa finali (wieħed minn kull grupp skont l-età):
Għat-tpinġija:
- Ana FANLO VICENTE, 12, minn Spanja (grupp 1)
Ara t-tpinġija
Għat-test qasir fil-kategorija 2
- Elena Nicoletta GARBUJO, 16, mill-Italja (grupp 2)
Ara t-test qasir u l-ispjegazzjoni
U finalment, għat-test qasir fil-kategorija 3:
- Ilona ZIELKOWSKA, 21, mill-Polonja (grupp 3)
Ara t-test qasir u l-ispjegazzjoni
Ir-raba' rebbieħ intgħażel permezz ta' vot mill-pubbliku fuq Facebook fost 16-il entrata magħżulin minn qabel: Il-kandidat bl-aktar voti kien:
- Larkin ZAHRA, 23, minn Malta.
Ara t-test qasir u l-ispjegazzjoni
L-erba' rebbieħa huma mistiedna mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew biex ikunu parti mid-delegazzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li ser tivvjaġġa lejn Oslo biex tirċievi l-Premju għall-Paċi ta' din is-sena. Huma ser jattendu ċ-ċerimonja uffiċjali fl-10 ta' Diċembru kif ukoll il-kunċert tal-Premju Nobel għall-Paċi fil-11 ta' Diċembru.
Peress li l-ġurija baqgħet tassew impressjonata bit-tpinġijiet u t-testi qosra tagħkom, iddeċidiet ukoll li tagħżel żewġ entrati addizzjonali oħrajn għal kull kategorija, għal "midalja tal-fidda" u "midalja tal-bronż":
Għall-kategorija 1:
- Il-midalja tal-fidda tmur għal Ada Maria Ciontu, 8, mir-Rumanija
Ara t-tpinġija - Il-midalja tal-bronż tmur għal Maria Dzhumaliiski, 12, mill-Bulgarija
Ara t-tpinġija
Għall-kategorija 2:
- Il-midalja tal-fidda tmur għal Ilia Karyda, 15, mill-Greċja
Ara t-test qasir u l-ispjegazzjoni
- Il-midalja tal-bronż tmur għal Barbora Kořánová, 17, mir-Repubblika Ċeka
Ara t-test qasir u l-ispjegazzjoni
Għall-kategorija 3:
- Il-midalja tal-fidda tmur għal Ana Rita Mendes, 21, mill-Portugall
Ara t-test qasir u l-ispjegazzjoni
- Il-midalja tal-bronż tmur għal Lili Fabacsovics, 20, mill-Ungerija
Ara t-test qasir u l-ispjegazzjoni
Iż-żgħażagħ li ngħataw dawn il-midalji tal-fidda u tal-bronż ser jirċievu kotba dwar l-Unjoni Ewropea.
Ir-rebbieħ u l-ewwel 9 entrati mhux rebbieħa mill-vot ta' Facebook ser jiġu wkoll mistiedna fi Strasburgu għal avveniment speċjali b'rabta mal-Premju Nobel fit-12 ta' Diċembru. L-ewwel 9 entrati mhux rebbieħa mill-vot ta' Facebook ukoll ser jattendu dan l-avveniment fi Strasburgu.




