Dimensjoni esterna
L-Ewropa f'dinja globalizzata - id-dimensjoni esterna tal-liberta, is-sigurtà u l-ġustizzja
L-importanza dejjem tikber tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà u l-ġustizzja wasslet għall-konklużjoni ta' diversi ftehimiet (pereżempju: il-Ftehim UE-Stati Uniti dwar l-assistenza legali reċiproka u ta' estradizzjoni f'Ottubru 2009, diversi ftehimiet ta' faċilitazzjoni u ta' liberalizzazzjoni tal-viża, ftehimiet dwar il-faċilitazzjoni tal-viża u tar-riammissjoni). Waqt li jibbaża fuq il-qafas istituzzjonali simplifikat tat-Trattat ta' Lisbona, il-Programm ta' Stokkolma għandu l-għan li jiżviluppa l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi:
■ Dimensjoni esterna msaħħa
Minħabba l-importanza attwali tad-dimensjoni esterna tal-azzjoni mmexxija mill-Unjoni fil-qasam tal-liberta, is-sigurtà u l-ġustizzja, hemm il-ħtieġa li dawn il-linji ta' politika jiġu integrati aktar fil-linji ta' politika ġenerali tal-Unjoni u qabelxejn fil-politika barranija tal-Unjoni. Il-prijoritajiet fir-relazzjonijiet esterni għandhom jinformaw u jiggwidaw l-għoti ta' prijorità lill-ħidma tal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni (Europol, Eurojust, Frontex, il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, ic- Ċentru Ewropew tal-Monitoraġġ tad-Drogi u l-Vizzji tad-Drogi, u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-Qasam tal-Asil).
L-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona toffri possibbilitajiet ġodda lill-Unjoni biex tmexxi azzjoni esterna aktar effettiva.
L-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona toffri possibbilitajiet ġodda lill-Unjoni biex tmexxi azzjoni esterna aktar effettiva. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ser jippermetti titjib fil-koerenza bejn l-istrumenti tradizzjonali ta' politika barranija u l-istrumenti interni b'dimensjoni esterna importanti, bħal dawk tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. L-għoti ta' kompetenza partikolari fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja ser iżżid il-valur tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni f'pajjiżi sħab b'importanza strateġika.
■ Drittijiet tal-bniedem
Il-valuri tal-Unjoni għandhom jiġu promossi, u għandha tkun żgurata konformità stretta mal-liġi internazzjonali u l-iżvilupp tagħha.
It-Trattat ta' Lisbona joffri strumenti ġodda lill-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali kemm internament kif ukoll esternament. Il-valuri tal-Unjoni għandhom jiġu promossi u għandha tkun żgurata konformità stretta mal-liġi internazzjonali u l-iżvilupp tagħha. Għandu jittieħed kont tal-interkonnessjoni tad-dimensjonijiet interni u esterni tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward, pereżempju, tal-prinċipju tan-non-refoulement jew l-użu tal-piena tal-mewt minn sħab li magħhom tikkoopera l-Unjoni.
■ Strumenti ġodda għall-prijoritajiet tematiċi li ma nbidlux
Il-prijoritajiet tematiċi prinċipali tal-istrateġija f'dan il-qasam jibqgħu validi, jiġifieri l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u d-drogi, kif ukoll l-iskambju tad-data personali f'ambjent sigur, u l-ġestjoni tal-flussi ta' migrazzjoni. Jeħtieġ li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u d-dħul klandestin tal-persuni.
■ Ftehimiet ma’ pajjiżi terzi
It-Trattat ta' Lisbona jipprevedi proċeduri ġodda u aktar effiċjenti għall-konklużjoni ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi. Hemm ħtieġa għal qafas legali koerenti għall-Unjoni għat-trasferimenti ta' data personali għal pajjiżi terzi għall-infurzar tal-liġi. Jista' jiġi żviluppat mudell ta' ftehim qafas li jinkludi elementi essenzjali tal-protezzjoni tad-data applikabbli b'mod ġenerali.
■ Prijoritajiet ġeografiċi
L-Unjoni għandha tkompli tippromwovi l-istandards Ewopej u dawk internazzjonali u r-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali.
L-azzjoni tal-Unjoni fir-relazzjonijiet esterni tagħha għandha tiffoka partikolarment fuq is-sħab prinċipali, b'mod partikolari: il-pajjjiżi kandidati u l-pajjiżi li qed jimmiraw li jissieħbu mal-UE, il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, l-Istati taż-Żona Ekonomika Ewropea/Schengen, l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Federazzjoni Russa u pajjiżi oħra jew reġjuni prinċipali minħabba l-kontribut tagħhom għall-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni.
■ Organizzazzjonijiet internazzjonali u l-promozzjoni ta' standards Ewropej u internazzjonali
sħubija bilaterali u reġjonali ma' pajjiżi u reġjuni terzi. L-Unjoni għandha tkompli tippromwovi l-istandards Ewropej u dawk internazzjonali u r-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari dawk żviluppati taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kunsill tal-Ewropa u l-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.